L-Għira fiż-Żgħożija
Nistqarr li din ir-reċensjoni bdejt niktibha qabel temmejt il-ktieb u fejn is-soltu nsemmi s-siltiet bl-isem tal-ktieb, din id-darba ridt li t-titlu n-nifsu jservi wkoll bħala sommarju ġenerali tal-litteratura. In-narrattiva tibda b'pass kajman fejn niltaqgħu mal-protagonisti żgħażagħ universitarji u nieħdu xegħjra ċara tal-antagonist u r-raġuni għaliex imġiebtu u għemilu kienu tant kiefra. Bla dubju li bsartu l-mottiv wara azzjonijietu Magħġun fil-kitba hemm esperjenzi tal-ewwel imħabba u l-keded u l-qtugħ ta' qalb li tali namur iġib miegħu. Iżda dan ir-rumanz jeċċella wara l-introduzzjoni ta’ marda serja u serje ta' avvenimenti li jġagħluk taħseb li fuq uħud mill-karattri ankrat sħaba sewda faħma fuqhom. Biss isseħħ grazzja, jekk tista tissejjaħ hekk, fejn il-maturita' tal-kattiv fl-aħħar tifjorixxi u l-paġna mħażża bil-mibegħda tinbidel għal waħda safja ta' impenn u rġulija. L-ikbar daqqa ta’ ħarta, iżda, għadha ġejja. M’għandiex il-ħsieb inħassrielkom. Anzi, in...