Posts

Showing posts from January, 2021

Hu u miexi / He whilst walking

F’lejl ta’ sajjetti bla għeda kien hemm stranġier miexi b’pass kajman qalb siġar jixxejru skond il-volonta’ tar-riħ. Dan dejjem b’dik il-mixja kalma tiegħu baqa’ għaddej għal għonq it-triq mingħajr l-iċken interess għal dak li kien għaddej madwaru. Hu u miexi joħroġlu kelb iswed għajnejh ħomor daqs in-nar kollu rabja jobżoq il-ħdura u l-protagonist kompla miexi daqslikieku ma kien hemm xejn fin-nofs. Il-kelb meta ra li dan il-bniedem baqa’ javvanza lejh mingħajr l-iċken eżitazzjoni dawwar denbu u ħarab minn fejn ġie. Miexi kien u miexi baqa’. Sajjetta oħra taħsad siġra enormi fuq il-lemin tiegħu u kif ser tgħaffġu- “CUT” għajjat id-direttur. “Proset l-aħwa, x’biċċa xogħol kbira għamilna llum. Qatt ma naf li ġbidt xena f’darba waħda biss. Alla jbierek! Għax ma nippreparawx ħa nagħmlu oħra qabel inżarmaw għal-lum? Jew għajjenin?” Il-ħars biċ-ċiera li tawh fehmuh li aħjar ma jippresshomx iżżejjed jekk ried aktar xogħol tajjeb. It was a very thunderous night. This one man was wandering abo

Mija u Ħmistax-il Sena mit-Twelid ta' Rużar Briffa

Image
  Din it-tislima hija disponibbli wkoll fuq il-paġna Siltiet Qosra fuq Facebook.