Ponn Laħam
Nieqaf. Irrid nieqaf naħseb. Nagħlaq għajnejja u nqum safi u bla ħsibjiet. Din lanqas biss naf xi tfisser. Forsi missieri w ommi jafu xi tkun paċi u libertà mingħajr jasar. Jasar mhux minn gvernijiet jew persuni krudili, iżda dinja qarrieqa fejn il-mostri rebħu fuq il-bnedmin u l-ftit li baqa' minna qed jippruvaw jgħixu mingħajr ma jiltaqgħu mal-mewt. Dan huwa daqsxejn impossibbli. Fil-ħamsa u għoxrin sena li għandi, nafni biss fil-qtugħ tal-qalb. Nafni biss imbeżża' li l-jum tal-lum ikun l-aħħar. Għada jaf niltaqa' ma' IT. Fl-ingliż hemm il- he/she li jirreferu għall-persuni, umani bħali, u hemm l-it li tirreferi għall-kreaturi renjanti bħalissa. Abominabbli u qattiela. Ħallelin tal-ħajja kif nafuha aħna. Għada huwa possibbli li jkun l-aħħar jum tiegħi. Kulħadd jaħsibha bħali. Ftit baqa' nies. Ma nistgħux niġġieldu għal dejjem. Xi darba ser nispiċċaw. Tintemm ir-razza Homo Sapiens Sapiens, ir-razza tagħna l-bnedmin. Xi darba mhux ser jibqa' ieħor bħalna. Uman....