Posts

Showing posts from May, 2021

Il-Barbazzal

Image
Ġiżirana. Ħolqa tal-għonq. Barbazzal. Biċċa tiżjin tad-deheb jew fidda li ddawwarha diversi drabi mal-għonq. Stennejt sa tmiem il-ktieb biex niskopri t-tifsira. Bħal donni ippretendejt li fl-aħħar paġna ikolli spjegazzjoni. Ċert li min hu midħla sew tal-Malti u dawk li għandhom ċerta età mal-ewwel għarfu l-kelma. Il-barbazzal huwa ukoll dak l-oġġett li madwaru ddur storja li tinvolvi delitt, serq, affarijiet ta' filgħaxija u delitt ieħor. Kollha spjegati minn għajnejn tfajjel ta' madwar għaxar snin. Hawnhekk nixtieq infaħħar il-mod kif l-awtur ħaddem il-lingwa Maltija biex addotta stil ta' innoċenza li biha jispjega dak li jkun qed jara it-tfajjel anke jekk moħħu ma jkunx kapaċi jirreġistra x-xena li tkun qed tisvolġi quddiemu. Bil-mod il-mod it-tifel jibda jifhem ukoll lil ġismu u tul ir-rumanz jagħtina x’nifhmu li dak li jkun qed jixhed ikun qed jogħġbu. Għalija din hi kapaċità kbira! Jekk neżamina r-rakkont inniffsu inħoss li dan hu tipiku tal-irħula Maltin fi żmien ikta