Posts

Showing posts from February, 2020

Il-Ħames Konferenza Annwali Edukattiva għall-Investituri tal-MSEI

Nhar is-6 ta' Novembru, 2019, fil-bini tal-Borza ta' Malta, dak li forsi huwa iktar magħruf bħala l-Malta Stock Exchange tnediet il-ħames konferenza annwali edukattiva għall-investituri. Jidhirli li din kienet it-tieni zjara tiegħi. L-ewwel waħda kienet fis-sena 2005 bħala student għal karriera f'dan il-qasam. Minn dak iż-żmien 'l hawn il-karriera ħadet xgħejra differenti tant li s-settur finanzjarju ma kienx l-għazla li għamilt u dan il-fatt huwa l-pedina li minnha jiena nista nikteb dan l-artiklu. Għadni nibda din id-dinja li għal bosta hija l-għajxien tagħhom. B'hekk dan l-artiklu qed jinkiteb minn perspettiva ta' wieħed li qed jara kollox ġdid u jipprova jifhem mis-sens tiegħu. Hawnhekk ikolli nistqarr li biex investitur li attwalment għadu fl-għatba irid jarma b'ħafna qari, pariri professjonali u studju tal-ġrajjiet kurrenti sabiex dan is-settur iħallilu l-frott. Dan l-artiklu ser ikun biss ħarsa ħafifa iżda nformattiva ta' x'għadda mill-konfere