Posts

Showing posts from July, 2023

Niltaqgħu ma'... Brandon Lee Camilleri - Membru Ġdid u Arkivist

Arkivist tal-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu, Fgura Għalkemm minn dejjem kelli l-mużika f'qalbi, kont aktar insegwiha milli nipprattikaħħa. Ta' ċkejken li kont, kienu bagħtuni nistudja l-istrument klassiku li hu l-pjanu. Ftit snin wara abbandunajtu. Anzi, tħajjart għall-flawt. Biex ma jirripetux l-istess żball, xrawli l-irħas strument possibbli mill-familja strumentali tar-riħ: ir-recorder. Dak iż-żmien naħseb lanqas żewġ liri ma nefqu! Inħoss li ommi u missieri għamlu sew li ma rripetewx dak l-ewwel żball tal-pjanu għax ftit ġranet wara iddejjaqt minnu wkoll u dan l-imbierek recorder kont issibu midfun ġo xi kexxun. Għadni sal-lum kultant nintefa fuq il-pjanu u nagħfas erba' noti 'l hawn u 'l hemm b'melodiji sempliċi li bqajt niftakar. Ir-recorder l-istess. Nonfoħ ftit fiħ u kwarta wara nerġa' nitfgħu f'postu (wara li nipprova innixxiflu l-bżieq!).  Ara umbagħad, fejn tidħol it-teorija l-istorja differenti. Bqajt insegwiha minn tfuliti iżda