Posts

Showing posts from April, 2022

Flok Warda

Alexia kellha x-xewqa li ssib ġuvnott biex fil-festa ta' San Valentinu jkollha ma' min tgħaddi l-ħin. Għaliha ma kinitx ħaġa faċli għax meta kienet tħares fil-mera kienet tara tifla mibruma li għalkemm kellha tnax-il sena kienet qsajra u mhux l-ewwel darba li sħabha tefgħulha botta għad-dehra tagħha. Ġara li Alexia bdiet tħoss skumdita' f'żaqqha. Meta fetħet qalbha ma' ommha waslu għall-konklużżjoni li dan kien biss ftit gass żejjed. Mal-jiem inbidlet f'uġigħ fin u kostanti. Il-ġenituri tagħha bagħtu għat-tabib li ma damx wisq biex invistaħħha. Hu żamm ċerta' diskors il-bogħod minn widnejha iżda lilhom kien għarrafhom bid-dijanjosi tiegħu. Darba fost l-oħrajn niżlet ma sħabha mill-vann tal-iskola u bdiet miexja magħhom. Fi triqithom lejn darhom, Alexia tgħawwġet u nstabtet fuq irkopptejha fl-art twaħwaħ u tibki waqt li tagħfas żaqqha. Sħabha minnufih ħadulha l-mobile u ċemplu lil ommha biex toħroġ tiġborha filwaqt li oħrajn ġabrulha l-basket. Huma sabu diffi