Remembranze Concert - March 2023

 

Click to access the Facebook post.


Din l-iscript fiha kliem miktub ħażin sabiex ikun jista jinqara fonetikament.


Introduzzjoni


Sinjuri, is-serata t-tajba!


Nilqagħkom għall-kunċert Remem-branze, program ta’ mużika marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa. Flimkien miegħi, Vanessa, ser nisimgħu u fuq kollox nitpaxxew minn kunċert b’siltiet mix-xogħlijiet tal-kompożitur Antonio Miruzzi. 


Tikkonfondu xejn għax aktar tard nitkellmu xi ftit dwaru. 


Dan il-kunċert jifforma parti minn serje ta’ inizjattivi tal-proġett Akkademja li huwa ko-finanzjat mill-Aġenzija Żgħażagħ. 


Il-Banda li għandna magħna prezenti lejla ġiet ffurmata minn bandisti ta’ 3 baned prinċipali:


  • Mill-Għaqda Muzikali Beland - jidderigi l-assistent Surmast u ghalliem tar-ramm Maestro Tankred Grech

  • Mill-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna Tal-Karmnu - jidderieġi is-Surmast direttur u ghalliem tar-Ram Maestro Johann debattista

  • U mill-Għaqda Muzikali Sant’Andrija - jidderieġi l-assistent Surmast Maestro Neville Pace


Fostna, illejla hawn numru sabiħ ta’ mużiċisti u allievi żgħażagħ li ħadu it-tagħlim tagħhom f’dawn l-għaqdiet preżenti.


U kif qed insemmu l-allievi, nixtieq naħtaf l-opportunita’ sabiex nisħaq dwar it-tagħlim li dawn it-tliet baned joffru lill-aljievi. Qed nisħqu biex kemm it-tfal u kif ukoll l-adulti, jingħaqdu sabiex inkomplu nkattru t-talent Malti fejn tidħol il-mużika. Dan jgħin biex ir-ruħ bandistika tibqa’ imkebbsa matul is-snin li ġejjin.


U b’hekk issa ser ngħaddu għall-ewwel marċ bl-isem ta’ Giornio di Pianto. Jidderigi s-Surmast Johan Debattista.


It-Tieni Parti


Grazzi lis-surmast Johan Debattista u l-banda ta’ din l-ese-bizzjoni.


Nistħajjilkom tgħidu, allura dan Antonio Miruzzi min hu? Kompożitur tal-marċi funebri, żgur. Imma dwar ħajtu x’nafu?  


Imwieled f’Marzu tal-(1867) elf tmien mija sebgħa u sittin, iċ-ċkejken Miruzzi kien mgħammed fil-Knisja parrokkjali tal-Furjana. Ta’ età żgħira huwa tilef il-ġenituri tiegħu u flimkien ma’ ħutu sab ruħu fl-Or-fana-trofju tal-gvern fil-Belt Valletta.


L-ewwel tagħlim mużikali tiegħu irċevieħ mingħand zijuh, Maestro Paolo Miruzzi, direttur mużikali tal-Banda Leone tar-Rabat Għawdex, u meta dan miet f’qasir il-għomor, din il-banda ħatret lil Antonio biex imexxiha. 


Hu għamel hekk għal madwar sentejn.


Fis-sena (1894) elf tmien mija erbgħa u disgħin, Antonio Miruzzi, ittanta xortih barra minn xtutna, fejn kien ġie maħtur bħala s-surmast direttur tal-banda Melito-Tune-żina, La Valette di Tunisi. 


Mar-ritorn tiegħu… anzi, tridux inkomplu bil-kunċert u nitħaddtu dwaru aktar tard. 

Mela ħalli ngħaddu għat-3 marċi li jmiss. Ser nisimgħu l-ese-bizzjoni ta’ In Amma-ritudine, Lacrime u Remembrance.


Jidderieġi l-assistent surmast Maestro Neville Pace.


Tielet Parti


Proset u grazzi mill-gdid lill-assistent surmast Maestro Neville Pace u l-banda li ghandna maghna hawn lejla. 


Konna qegħdin ngħidu li mar-ritorn tiegħu Malta, Antonio Miruzzi, kien mill-ġdid mqabbad bħala assistent surmast mal-Banda La Valette.


Fost l-inkarigi li ngħata kien hemm dak li jwaqqaf fi ħdan din is-soċjetà orkestra mando-linistika li fil-fatt iddebuttat f’Diċembru tas-sena (1897) elf tmien mija sebgħa u disgħiin.


M’hemmx xi ngħidu, din kellha suċċess kbir li wassal biex Miruzzi jkun imqabbad minn diversi għaqdiet mużikali sabiex jittrasforma l-orkestri tagħhom f’baned.


U hekk għamel! 


Fis-sena (1905) elf disa’ mija u ħamsa, mill-orkestra Fior d’Arancio f’Ħal Lija waqqaf il-Banda Pio (X) għaxra u bejn (1914-1919) l-elf disa’ mija u erbatax u dsatax biddel l-orkestra San Andrea ta’ Ħal Luqa f’banda.


Kienu bosta baned li ‘fdaw id-direzzjoni mużikali tagħhom f’idejn Maestro Miruzzi. Fost dawn insemmu l-baned Nikolo Isward u Santa Marija tal-Mosta, il-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun u I-Cavallieri di Malta ta’ Tas-Sliema. 


Fis-sena (1919) elf disa’ mija u dsatax, il-banda Beland ħatret lil Miruzzi bħala s-surmast tagħha. Kien f’dawn is-snin li x-xogħolijiet tiegħu ingħataw rikonoxximent internazzjonali. 


Il-kompożizzjonijet tiegħu kienu ippremjati fil-konkorsi organizzati mid-Djar tal-mużika ta’ Perugia u Firenze.


L-aħħar impenn mużikali tiegħu kien mal-banda tal-orfana-trofju tal-Belt fejn qatta’ tfulitu. Hu ħalla din id-dinja nhar it-(23) tlieta u għoxrin ta’ Ottubru tal-(1944) elf disa’ mija erbgħa u erbgħin fil-Ħamrun.


U b’hekk temmejna l-bijografija konċiża ta’ Maestro Antonio Miruzzi. 


Nagħmlu sew li inkomplu t-tifkira tagħna lil dan il-famuż kompożitur Malti billi nisimgħu l-marċi Rimpianto, Pieta u Kadavere, din id-darba mid-direzzjoni tal-assistent surmast Tankred Grech.


Għeluq


Grazzi lill-assistent surmast Tankred Grech u lill-banda, tal-marċi li għadhom kif daqqewlna.

Wasalna issa għall-għeluq ta’ dan il-kunċert. Nixtieq hawnhekk nirringrazzja lilkom, għeżież udjenza, li kontu magħna aħna u nfakkru dan iż-żmien hekk importanti tal-kalendarju liturġiku. 

Nirringrazzja wkoll lill-Kappillan Raymond Calleja u lill-komunita' Karmelitana.


Hawnhekk mill-ġdid insemmi l-proġett Akkademja u l-Aġenzija Żgħażagħ tal-inizjattiva u s-sehem tagħhom sabiex jittella’ dan il-kunċert.


Ma jistax jonqos li nirringrazzja wkoll lit-tliet għaqdiet bandistiċi, Għaqda Mużikali Beland, Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu u l-Għaqda Mużikali Sant’Andrija u d-direzzjoni, l-mużiċisti, u l-aljievi tagħhom, speċjalment lis-Sur Joe Bugeja, il-ko-ordinatur ewlieni tal-attivita’.


Nittama li saħħrukom bil-kapaċita’ mużikali tagħhom.


Wasalna issa verament għal tmiem dal-kunċert. Ħa nisimmgħu issa Venerdi Santo u warajha Kordoljo taħt id-direzzjoni tas-Surmast Johan Debattista.


Grazzi mill-ġdid li akkumpanjajtuna u l-lejla t-tajba!