Posts

Showing posts from March, 2025

Il-Fanal tas-Sinjur - Ivan De Battista

Image
Lil Ivan De Battista nafu biss mill-pinna tiegħu u mit-televiżjoni. Naf li ħadem f'diversi serjejiet televiżivi iżda kitibx xi wħud minnhom miniex ċert.  Il-ktieb li għalih qed niddedika din il-kitba ilu għandi żmien twil. Miegħu kont xrajt żewġ volumi oħra tal-istess awtur. Niftakar li kont akkwistajthom f'attività mtella għall-Halloween fejn fi tmiemha, wara serje ta' qatgħat offrewlna x-xiri tagħhom. U jien, allura, xrajthom. Qed indur mal-lewża bi skop. Did-darba għax dan l-ewwel ktieb li jien qrajt lil binti. Għalkemm hi ma fehmet xejn minnu għamilt ħafna riċerka fejn esponiet il-benefiċċji li aħna l-ġenituri għandna nitkellmu mat-trabi, naqrawlhom, nuruhom il-kuluri u x'naf jien. Magħha nitkellem fuq diversi suġġetti iżda kemm-il darba ser nerġa' nirrepeti s-sinifikat tal-festa tal-Milied? Kemm-il darba ħa ngħidilha l-ġranet tal-ġimgħa, ix-xhur, l-istaġuni u n-numri? U kemm se ndum indur mal-kċina u l-kamra tas-sodda biex niddeskrivilha dak li hi tkun qegħda ...

Flus, flus, flus!

Image
X'hemm aqwa mill-flus? Biex nagħmlu triq fil-baħar? Skont Mosè bil-flus tagħmel triq fil-baħar u nirringrazzjaw 'l Alla li għallinqas żamm lil familtu fuq wiċċ l-idejn. Dan huwa rakkont li jfisser l-orrur ta' meta d-dnub ma jorqodx. Mosè kellu ħafna għalxiex jitwerwer għax il-kastell ta' ġid li bena seta' jiġġarraf b'iktar ħeffa minn dak tal-karti.  Tradiment, pwieni ta' mħabba u ta' qerq, demm u gwerra dinjija kienu qed iħarbtu l-għajxien, l-hena u l-ħajja ta' mijiet ta' familji fosthom dawk tal-persunaġġ li semmejna u bosta oħrajn. Wara kollox id-destin ma tixtrihx b'karlin. George Zammit kiteb rumanz qasir li jirrifletti l-ħajja fi żmien it-tieni gwerra dinjija. Hu jdaħħalna 'għarbil il-moħħ ta' kap ta' familja meta jagħti direzzjoni lil uliedu u 'l martu bid-deċiżjonijiet li jieħu anki jekk dawn ikunu mkeffnin fis-sigrieti. Naraw ukoll l-imrar tal-innoċenti kkundannat u t-tiġrib tal-familja u n-niket meta l-ġustizzja tkun ...

Forever Home

Image
Kemm rajt films tal-iħirsa, fuq kollox blockbusters. Dan inħoss li wieħed mill-aktar maħdum sew. Għalkemm ma nistax inkun iktar suġġettiv minn hekk, laqatni l-mod sempliċi kif inġibed. L-atturi, erħila li mhux magħrufin, xprunaw il-parti tagħhom, minn dak l-iktar fidil għall-iktar kattiv. L-istorja rakkontata mhix dik tradizzjonali. Iva, hawn ħafna films li jkollhom ħares twajjeb u ieħor kattiv iżda hawnhekk l-iħirsa għandhom anke karattru, ma jsegwux l-isterjotipi tas-soltu. L-antagonist stess juri li l-ġenn telalu għal rasu u sp... Le, le! Mhux se nirrovinalkom l-istorja. Film interessanti ħafna u li ħeġġiġni nikteb dwaru. Mela, nirrakkomandah!

Il-Ħalfa tad-Destin – Michael Cini

Image
Qed nara dan is-sit tiegħi li qiegħed hemm biex nerfa’ l-kitbiet li kultant tispirani l-muża u ndunajt li kont ili aktar minn sena ma nippubblika xi ħaġa. Lanqas kelli bżonn minuti twal ta’ riflessjoni, kont naf ir-raġuni x’inhi. Il-konċentrazzjoni u s-saħħa mentali kienu mitfugħin fuq ħwejjeġ ferm aktar importanti mill-kitba li tant inħobb. Illum moħħi aktar mistrieħ, erħila li l-mewġ tal-problemi dejjem iħabbat mas-swar ta’ ħsibijieti iżda llum għandi aptit nikteb u qed nirrikorri għal metodu li kienu għallmuni meta kont ċkejken. Dari, kont immur il-privat tal-Ingliż fir-raħal stess. Tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod u mnalla għax jien kont nieħu pjaċir inġorr kull folja, ktieb, lapes u kull ma kellu x’jaqsam mas-suġġett. Dan biex ma nsemmux iċ-ċanfir ta’ ommi u tas-surmast li kont nitgħabba biżżejjed; bħalliqallu mhux persunaġġi bħalu li derrewna nitgħabbew b’ħafna kotba biex umbagħad flok niftħuhom nużaw xi handout ! Insomma, żvijajt. Mela, din tal-privat, u minn hawnhekk niżżiha ħaj...