Posts

Showing posts from May, 2023

Konferenza Nazzjonali dwar Il-Każini tal-Banda …minn lenti żagħżugħa

Image
Organiżżata minn Aġenzija Żgħażagħ, nhar is-Sibt 6 ta' Mejju 2023, ittellgħet konferenza ferm interessanti dwar il-ħsibijiet, l-aspettativi u s-sehem tat-tfal, adoloxxenti, żgħażagħ u anke adulti tal-għaqdiet bandistiċi f’pajjiżna dejjem mill-perspettiva tal-faxx żagħżugħ tas-soċjeta’ Maltija. Fil-konferenza kien hemm il-preżenza u s-sehem tal-Onorevoli Keith Azzopardi Tanti fl-irwol tiegħu bħala Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u s-Sur Duncan Brincat mill-Għaqda Każini tal-Banda. F'isem l-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu Fgura attendew u pparteċipaw id-Direttur tal-Każin Tyrone Polidano u l-Arkivista Brandon Lee Camilleri. Fost il-ħafna punti validi li tqajjmu ġew diskussi n-nuqqas tal-involviment tat-tfal u anke tan-nisa minħabba stigma li għadha tippersisti fis-subkonxju Malti fir-rigward tal-għaqdiet tal-baned. Għalkemm bil-mod il-mod jidher li din il-perspettiva negattiva qed tinħall, huwa fatt magħruf li ħafna ġenituri ma jiba