Posts

Showing posts from October, 2023

SPEĊJALI HALLOWEEN: It-Tweġiba

Image
Dwar Ev kien qed jitħabat bl-arja ta’ xi ħadd li jaf tassew x’inhu jagħmel biex iqabbad l-aħħar konnessjonijiet magħmulha mid-deheb. Daqs tużżana kameras tat-televiżjoni kienu mmirati fuqu jipproġettaw xogħlu mal-erbat irjieħ tal-univers minn tnax-il angolu differenti. Kif lesta minn xogħlu stira ftit ħwejġu u għamel sinjal lil Dwar Reyn. Iċċaqlaq minn fejn kien u ħa postu ħdejn buttuna li kif jagħfasha kienet ser tgħaqqad kollox f’daqqa. Kif tinxtegħel din il-buttuna, makkinarji enormi fil-pjaneti abitabti madwar l-univers -- volum ta’ sitta u disgħin biljun pjaneta -- kienu jingħaqdu f’superkalkulatur wieħed. L-għan li tkun magna waħda ċibernetika li tgħaqqad it-tagħrif kollu tal-galassji kollha. Dwar Reyn qal kelmtejn fil-qosor lit-triljuni ta’ spettaturi umbagħad wara mument ċkejken ta’ silenzju qal, “Issa, Dwar Ev.” Dwar Ev għafas il-buttuna. Kien hemm ħoss qawwi, il-ħoss ta’ sitta u disgħin biljun pjaneta. Id-dwal fil-pannelli, mili sħaħ twal, bdew iteptpu sakemm fl-aħħar qagħdu.