Uħud mill-Akbar Popolazzjonijiet
Bħala pajjiż ċkejken nimmeraviljaw ruħna meta nisimgħu li fiċ-Ċina, fl-Indja, fl-Istati Uniti, fil-Brażil u f’pajjiżi enormi oħra jgħixu daqstant nies. Għal min hu kurjuż il-volum ta’ nies huwa ta’ 1.44 u 1.39 biljuni u 332 u 213-il miljun rispettivament. Numri ġganteski meta pparagunati ma’ Malta fejn lanqas ixxellef nofs miljun. Biss sa issa semmejna pajjiżi li tarhom b’għajnejk u tmisshom b’idejk jiġifieri tista’ ssiefer fihom. Iżda hawn żewġ popli oħra li huma ferm akbar. Ill-poplu taċ-Ċina huwa ċkejken apparagun ma dawn it-tnejn. U terġa’ bejn dawn it-tnejn li ser insemmi ukoll hemm differenza sostanzjali. Dawn il-popli jeżistu biss virtwalment. Dan ifisser li aħna stess ningħaqdu magħhom meta nqattgħu l-ħin fuq l-Internet u fuq il-midja soċjali. B’mod kollettiv nistgħu ngħidu li fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata l-popli kollha jew kważi kollha jkunu konnessi f’din ix-xibka virtwali. Siti li jispeċċjaliżżaw fl-istatistika jindikaw li jħufu fuq Facebook f’ġurnata waħda ikun hemm daqs 1....