Il-Mawra tal-Frawla
Din kienet frawla ħelwa iċken minn sħabha fid-daqs u l-eta' iżda ikbar fil-qalb. Isimha kien ħelu ukoll. Frawlin kienu jsibuha. Il-Klima kienet għoddha tilfet ir-raġuni. Daqqa sħana taqli l-ankri, drabi oħra kesħa xxoqq l-għadam. Qisu anke t-Temp xaba’ mill-istaġuni. Kien qed jiġi jaqa’ u jqum! Ħafna beżgħu. Oħrajn ħaduha kontrihom. Frawlin ma ħadet xejn pjaċir. Hi fehmet li t-Temp u l-Klima kienu qed jagħmlu hekk għax kien hemm xi ħaġa li qed iddejjaqhom. “Tibżgħux! U tirrabjawx magħhom. Lilna iħobbuna imma bħalissa irrabjati imma ma nafx għalfejn…” Qalbhom imtliet bil-kuraġġ għax l-innoċenza tagħha kienet wisq safja. Ma kinitx taf li żmienhom fid-dinja kien qasir. Minnufih il-kbarat tal-frawli laqqgħu lill-mexxejja tal-frott kollu biex jiddiskutu kif l-aħjar jikkonvinċu lill-Klima u t-Temp iġibu lura l-istaġuni. Dehrilhom li r-rabja tagħhom kienet minħabba l-imġieba tal-bnedmin lejn il-ħolqien. Flimkien fasslu pjan kif jedukawhom igawdu u jgħożżu l-ambjent u r-riżorsi tad-dinja.