Nex
L-awtur ma jiddejjaq xejn juża kliem li fuq il-midja radjo-televiżiva niddarsu nisimgħu. Anzi they are perched in all their glory bla mistħijja ta’ xejn. Ħaġa oħra li nnutajt kienet li fejn dahri konna nużaw l-inverted commas qabel niktbu xi sentenza, frażi jew kelma bl-Ingliż għal dan l-awtur tali pettegolezzi ma jeżistux.
Kont ferm sorpriż jien u naqra nsib l-ewwel kelma bl-Ingliż għall-għarrieda. Kelli naqraħħa mill-ġdid ħa nkun ċert li għajnejja ma kienux qed jiżżuffjettaw bijja. Sorpriża ħelwa ii ħallietli togħma tajba u tagħtni ħjiel kif il-litteratura Maltija moderna qed tiżviluppa - naturalment dan ma jfissirx li kull kittieb qed jagħmel hekk iżda jfisser li l-mentalità li jew Malti biss jew Ingliż biss qegħda kull ma jmur tinqata’.
Nirritorna għar-rumanz u l-kontenut vjolenti tiegħu. Stħajjiltni qed nara episodju minn xi serje polizjeska li hawn tant iduru fuq l-istazzjonijiet barranin. Id-deskrizzjonijiet ta’ x’sar mis-swaba u b’xiex ixxenqet l-oħra huma tant ħajjin li donni kont qed narahom iseħħu, tant għandu stil mexxej.
B’hekk jien ma nistax nagħmel għajr ħlief li nirrakkomanda dan il-ktieb miktub minn Mark Camilleri.
...insejt ngħid ii jien qbadt din is-sensiela tal-ispettur Gallo minn denba għax dan ir-rigal inzerta’ it-tielet ktieb u għadda minn widnejja li dalwaqt ikollna lest għall-ixkafef u l-kommodini r-raba’ wieħed. Nawgurawlu suċċess mill-aqwa fil-pubblikazzjoni li jmiss.