Dik it-tikka f'nofs il-baħar
Dan il-pjaneta li hu ferm il-bogħod mid-dinja jidher bħala sfera blu u meta kien tfaċċa quddiem it-teleskopji x-xjentisti kienu qabblu dan il-kulur mal-oċejani tagħna. Wara aktar studju x-xjentisti ħarġu ferm diżappuntati għax dak il-blu huwa sħab velenuż mimli silikat.
Biex dan il-pjaneta jkompli juri kemm ma jixtieqx ħolqien fuq wiċċu, hu huwa maħkum minn irjieħ li jaqbżu l-veloċità tal-ħoss b’seba’ darbiet. Li kellu jinqabad bniedem f’nofs riħ minn dawn xejn ma jibqa’ minnu għax hu mifhum ukoll li x-xita ssegwi d-direzzjoni tar-riħ u ma tinżilx if nafuha aħna, mis-sema l-isfel.
Għall-kuntrarju ta’ li jiġri fid-dinja x-xita tinżel, jekk tista’ tibqa tissejjaħ hekk, b’mod oriżżontali. Biex nispjegaw aħjar il-kunċett, kieku kellna nwaddbu ballun għal isfel dan ma jaqax iżda jinqabad fir-riħ u jivvjaġġa skond id-direzzjoni tiegħu.
U dan għadu mhu’xejn. L-aħħar fatt li għandi għalikom huwa li x-xita hija ta’ ħġieġ imdewweb u mhux ilma.
Tistgħu timmaġinaw ix-xita li flok ixxarbek u ġġibek għasra tagħmillek ħsara kbira irreparabbli?
Naraw x’nagħmlu u lejn dan il-pjaneta ma nersqux!
Min irid jitkixxef iktar dwar dan il-pjaneta għandu jfittex “189733b”.