Kelmtejn dwar Bint l-Ikkundannat Bla Ħtija
Kif nimmaġina li ssoponejtu x-xogħol jittratta l-intriċċi li familja għaddiet minnhom imħabba xi karattri infami.
Tant ħalla impressjoni fuqi dan il-ktieb li ma stajfx inċaħħad lili nnifsi milli nuża kliem li dan l-awtur ċelebri juża tant frekwenti. Min qara jew sema' r-rumanzi tiegħu, għaliex ta’ min jgħid li uħud mill-kotba ta’ Emilio ixxandru fuq diversi stazzjonijiet tar-radju, jafu għal liema kliem qed nirreferi. Wara li qrajt ħames mitt paġna dażżgur li ser nissellef xi kelma minn tiegħu! Wara kollox din hija d-dinamika sabiħa bejn il-qari u il-kitba.
Jiena nifimha li l-kitba ta’ kwalunkew persuna li titħajjar tpoġġi l-pinna fuq karta hija għaġna ta' stili differenti ta' litteratura minn bosta awturi li tissieħeb u tinfluwenza l-espressjoni unika tal-persunaġġ aħħari.
Jekk nerġa lura għas-suġġett li bdejna bih, dan huwa rumanz interessanti ferm. Fih ma tantx hemm ħniena għall-protagonisti għax uħud minnhom spiċċaw assassinati jew kiesaħ u biered jew fil-fjur ta' żgħożithom tant li dan il-volum qisu dramm maqsum fi tliet atti li ħadu minn tal-anqas għoxrin sena biex mill-ewwel delitt deskritt saret il-ġustizzja mistħoqqa.
Biex ikompli jilagħab mas-sentimenti tal-qarrej dan l-awtur nebbaħ il-karattri benevolenti b’sens qawwi ta' umiltà, passjoni u reliġjożità. Fejn tafu b'liema qalb safja dawk l-atti krudili nħaffru!
Għalhekk jiena intemm din il-kitba billi nirrakkomanda dan il-ktieb għax fih siegħat sħaħ ta' divertiment letterarju. Titilfuħx!