Difrejn il-Falkun
Tali persuni, li l-Maltin u l-Ewropej ibirkuhom b'ħafna titli skond l-ammont ta' simpatija li jkollhom lejhom, jafdaw ħajjithom f'idejn forza inkredibbli. Mal-baħar mhemmx ċajt. Ma jgħidulux ta' żaqqu ratba imma rasu iebsa għal xejn!
Insibu, iżda, li bi ppjanar tassew għaqli komplot terroristiku jgħaqqad ħafna destini, uħud b'misfatti kbar, sabiex estremisti Iżlamiċi jgħallmu lill-infidili lezzjoni mdemmijja.
S.I.K.T.A. ma tibqax siekta waqt li dan kollu jkun għaddej u tagħmel minn kollox biex tisfratta l-pjan orribbli ta' dawn l-infami. Il-'kif' ser inħallieh f'idejkom biex tiskopruh waqt siegħat divertenti ta' qari.
Dan huwa volum li qrajtu fi tlett ijiem tant kemm dħalt fl-istorja, jiġifieri nirrakkomandalkom ma titilfuħx!