Għall-Magħmul m'hemmx Kunsill
Ikolli nammetti li dan kien ktieb li sibtu diffiċli biex inlestih. Għalkemm fih aktar minn ħames mitt paġna ma kienx dan it-tul li qatagħhieli imma l-ewwel mitejn paġna ta' deskrizzjonijiet kontinwi tal-karattri. Anzi ħalli ma nkunx daqshekk kattiv, ejja ngħidu li l-ewwel skoss ta' kapitli kienu l-ħtija.
Iżda jien u naqra qalbi kienet qed teħbirni li l-istorja xi darba se tiżvolġi. U fl-aħħar hekk għamlet. Fil-fatt għoġbitni. Is-sempliċi Larry, ħelu u ferħan sa wasal għall-kariga ta' viċi-sindku tant kemm kien maħbub - imma daqshekk kxift għawar minn dal-ktieb.
Għal min jippreferi kitba fit-tul fejn l-istorja tieħu l-ħin tagħha biex finalment tiżvolġi, il-ktieb ma nistax ħlief nirrakkomdaħ.